Wednesday, July 24, 2024

Is-Sibt jitwaqqaf uffiċjalment l-ewwel klabb ta’ Real Madrid f’pajjiżna

Aqra wkoll

Minkejja li Real Madrid FC huwa wieħed mill-iktar timijiet tal-futbol li għandu segwaċi f’pajjiżna, s’issa f’pajjiżna m’hawnx klabb uffiċjali ta’ dan it-tim.

Proprju għal dan il-għan fl-aħħar xhur grupp ta’ persuni ngħaqdu biex jiffurmaw klabb u jirreġistrawh b’mod uffiċjali. Jidher li dawn il-laqgħat taw il-frott u proprju s-Sibt li ġej 13 ta’ Jannar fis-1:00 p.m se tkun qiegħda tittella’ l-inawgurazzjoni uffiċjali ta’ dan il-klabb li se jkun qiegħed iġib l-isem ta’ ‘Pena Madridista’.

Dawk kollha li jissapportjaw lil dan it-tim huma mħeġġa jattendu għal din il-laqgħa ġenerali li se ssir fl-Arka ta’ Noe fis-Siġġiewi. 

Ekonomija

Sport