Tuesday, July 14, 2026
Home Internazzjonali Kieku llum Richard Nixon kien jagħlaq 111 -il sena

Kieku llum Richard Nixon kien jagħlaq 111 -il sena

0
198

Propju bħal-lum 111-il sena ilu, twieled Richard Nixon, is-37 president tal-Istati Uniti. Richard Nixon ġie elett President tal-Istati Uniti wara li qabel serva bħala membru tal-Kungress Amerikan  u senatur fl-istat ta’ Kalifornja. 

Tul il-presidenza tiegħu, ġiet fi tmiemha l-gwerra mdemmija fil-Vjetnam u kien ukoll protagonista fit-titjib tar-relazzjonijiet tal-Istati Uniti mal-Unjoni Sovjetika u ċ-Ċina.

Il-karriera politika tiegħu ġiet imtappna severament bil-kxif tal-ioistkandlu Watergate. Fil-fatt huwa baqa’ mniżżel fl-istorja Amerikana bħala l-uniku President li kellu jirriżenja mill-kariga b’riżultat ta’ dan l-iskandlu.