Thursday, December 26, 2024

Table-tennis: Ġurnata pożittiva għal Adrian Casha fid-doubles

Aqra wkoll

Il-plejer Malti tat-table tennis Adrian Casha kellu ġurnata pożittiva fil-Kampjonati Dinjija tal-Ping Pong Parkinsons li qed isiru f’Lasko fis-Slovenja meta rebaħ il-logħbiet kollha tad-doubles flimkien mal-kollega tiegħu Marjan Vitanc tas-Slovenja.

Il-koppja Casha/Vinanc għelbu lill-Ġermaniżi Andreas Klose/Bernd Hopf u lill-Iżvizzeri Felix Berz/Rolf Gold bl-iskor identiku ta’ 3-0 filwaqt li rebħu wkoll l-isfida ħarxa tal-Ġermaniżi Alexander Strobel/Alexander Meister 3-2. Wara dawn ir-riżultati huma spiċċaw l-ewwel fil-grupp.

Adrian Casha se jkun fl-azzjoni llum meta jilgħab fil-Mixed Doubles flimkien ma’ Anna Tabone filwaqt li filgħaxija aktar plejers Maltin ikunu fl-azzjoni fil-kategorija individwali.

Ekonomija

Sport