Fir-raba’ ġurnata tal-kampjonati Ewropej tat-table tennis taż-żgħażagħ li qed isiru fi Sliwice fil-Polonja, il-ġuvintur Maltin kisbu l-ewwel rebħa tagħhom meta fil-logħob ta’ klassifikazzjoni għelbu lill-Iżlanda 3-1. Din ir-rebħa tathom kuraġġ kbir tant li anke fil-logħba ta’ wara kontra l-Iskozja huma rreġistraw skor ieħor pożittiv ta’ 3-1.
Min-naħa l-oħra, it-tfajliet Maltin tilfu 3-0 kontra l-Kosovo filwaqt li l-Cadets sofrew telfa ta’ 3-0 kontra l-Iskozja.
Sadanittant illum jintlagħbu l-aħħar logħbiet ta’ klassifikazzjoni bit-tama li l-Maltin jiksbu riżultat pożittiv.