Thursday, December 26, 2024

Table tennis: Johanna Grech u Mario Genovese membri f’kumitati tal-ETTU

Aqra wkoll

L-Assoċjazzjoni Maltija tat-Table Tennis ħabbret li Mario Genovese u Johanna Grech ġew nominati sabiex ikunu parti minn kumitati speċjalizzati fi ħdan l-ETTU.

Mario Genovese ġie nominat bħala membru fil-kumitat tal-coaches. Hu għandu esperjenza vasta bħala plejer u anke coach fejn rawwem diversi tfal u żgħażagħ biex jilagħbu f’numru ta’ kompetizzjonijiet lokali u internazzjonali.

Il-membru nominata l-oħra hi Johanna Grech li se tkun parti mill-kumitat għall-Ugwaljanza fil-Ġeneru fl-istess ETTU. Grech hi wkoll direttriċi fil-Kumitat Olimpiku Malti apparti li għandha esperjenza vasta fit-table tennis. Din kienet ukoll it-tielet ħatra ta’ Grech f’pożizzjoni internazzjonali hekk kif fil-passat kienet ukoll direttriċi teknika fil-kummissjoni teknika tal-International Table Tennis Federation.

Kemm Genovese kif ukoll Grech se jkunu parti mill-Bord Eżekuttiv tal-European Table Tennis Association fejn fost ir-responsabbiltajiet li se jkollhom hemm il-ħolqien ta’ proġetti, l-attendenza f’webinars u parteċipazzjoni f’attivitajiet relatati ma’ din l-assoċjazzjoni internazzjonali.

Ekonomija

Sport