Wednesday, April 24, 2024

Table Tennis: Rebħiet kbar għal Academy Tibhar u Alpha Gewo

Aqra wkoll

HITT Academy Tibhar u Alpha Gewo kisbu rebħiet kbar fl-impenn tagħhom mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tat-table tennis.

Tibhar għelbu lil Butterfly 6-0 filwaqt li Alpha Gewo rreġistraw l-istess skor kontra Academy Valletta.

Mill-banda l-oħra, kellna konfront ferm interessanti bejn Mosta Gunners u Top Spin Academy Roxon b’tal-ewwel jirbħu 4-3.

Sadanittant fit-tieni diviżjoni, Academy FXP ħadu walk-over fuq Table Tennis Blue Fire filwaqt li Alpha Calleja Ltd, Top Spin Academy Hexer u Academy ITX iddominaw il-konfronti rispettivi tagħhom kontra Alpha Sensus (6-0), Academy Legends (6-0) u Butterfly Rozena (5-1).

Fit-tielet diviżjoni, PBC Table Tennis Bluegrip, Top Spin Academy Novacell u HITT Academy Evolution kisbu skor identiku ta’ 4-3 kontra Academy Fraser, Academy Munro u Alpha Novaflex rispettivament. Min-naħa l-oħra, Alpha Flexxon għelbu lil Bluestorm 4-2.

Fir-raba’ diviżjoni, spikkaw ir-rebħiet kbar ta’ 6-0 li Academy Skelton u Academy Sports Experience kisbu kontra MITTC Special Olympics u Academy Kanter rispettivament.

Academy 5Q għelbu lil Academy Beta 4-2 u bl-istess skor Academy Omagaed rebħu lil MITTC Tenergy.

Finalment Kindred sabuha faċli biex jegħlbu 5-1 lil Academy Knights filwaqt li Alpha Codexx xejn ma sabuha faċli sabiex rebħu 4-3 lil Academy Masters.

Sport