Wednesday, July 17, 2024

Table-tennis: Żewġ timijiet b’punti massimi wara żewġ rebħiet konsekuttivi

Aqra wkoll

Żewġ timijiet jinsabu b’punti massimi wara l-ewwel żewġ rounds ta’ logħob mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tat-Table Tennis.

Fil-fatt, HITT Academy Mosta Dome B & B u HITT Academy WH Middle East rebħu ż-żewġ logħbiet rispettivi tagħhom. Il-Mostin għelbu lil Alpha Calleja Ltd 6-0 u d-derby kontra Mosta Gunners 4-1.

Min-naħa tagħhom, HITT Academy WH Middle East għelbu lil MITTC Butterfly Dignics u lil Alpha Calleja Ltd bl-iskor identiku ta’ 6-0.

Sadanittant iċ-champions HITT Academy Tibhar batew aktar milli mistenni sabiex rebħu lil Top Spin Academy Valletta Pay Roxon 4-3 għalkemm tilfu t-tieni logħba tagħhom 5-1 kontra MITTC Butterfly Dignics.

Fit-tieni diviżjoni, Alpha Alberta Group, MITTC Butterfly Super Chak, PBC Table Tennis Blue Grip rebħu ż-żewġ logħbiet li lagħbu s’issa sabiex qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika.

Alpha Alberta Group rebħu bl-istess punteġġ ta’ 4-2 kontra PBC Table Tennis Blue Fire u HITT Academy ITX.

MITTC Butterfly Super Chak kisbu riżultati pożittivi kontra Top Spin Academy Valletta Pay Novacell (4-2) u Top Spin Academy Valletta Pay Supercores.

Finalment, PBC Table Tennis Blue Grip iddominaw il-konfronti li kellhom kontra HITT Academy Legends u Top Spin Academy Valletta Pay Hexer 5-1 u 6-0 rispettivament.

Ekonomija

Sport