Saturday, November 16, 2024

“Taħseb li lilek mhux taqbdek… u mbagħad tiġi u kollox jaqa’”

Aqra wkoll

MInn Victor Vella

“Ma tistenniex. Meta tibda tisma’ b’oħrajn li qed ikunu infettati jew li qed jiżdiedu l-każi inti tibda tgħid u taħseb li lilek mhux se taqbdek. Imbagħad tiġi u jaqa’ kollox”.

Dan iddikjarah Graziano Ostuni, li fl-aħħar jiem kien wieħed minn dawn li spiċċa infettat bil-Covid19, tant li spiċċa l-isptar, fejn hu stess esperjenza l-mewt hekk kif il-pażjent ta’ ħdejh miet.

Inewsmalta għamel kuntatt ma’ Graziano fl-aħħar jiem dwar din l-esperjenza tiegħu, li kien lest li jaqsamha mal-qarrejja. Graziano jiddikjara li “għal ġimagħtejn sħaħ, il-pnewmonja mill-Covid19 laqtitni b’mod qawwi ħafna. Spiċċajt l-isptar. Domt hemm għal diversi jiem u issa finalment fl-aħħar qiegħed id-dar. Għaddejt minn infern. Il-pażjenti morda bdew deħlin u ma jaqtgħu xejn.  It-tobba u l-infermieri għaddejjin straxxnati. Ma jiqfux. Esperjenzjat li din hi gwerra li huma qed jiġġieldu. Dan jagħmluh b’umanità u dedikazzjoni”.

Graziano jgħid li “nibqa’ niftakar kif bil-lejl, dak li kien fis-sodda li tiġi eżatt ħdejja miet. Telaq quddiemi.  Dak il-ħin tabiba mara poġġiet bilqiegħda fuq is-sodda. Żammitli idi.  Jien infqajt nibki.  Hi skużat ruħha li kelli nara dan.”

“Illum ninsab id-dar u qed nirkupra bil-mod il-mod. Qed naqra u nara dak li qed jiġri hemm barra. In-nies fit-toroq, Id-dibattiti. Qed nara u nisma lil dawk li qed jiċħud li dan il-virus jeżisti. Qed nara il-protesti li qed isiru fit-toroq.  Qed nara u nisma’ lil dawk li mhux qed jifhmu l-weġgħat li kapaċi joħloq dan il-virus.   Dan iweġgħek ferm u ferm iżjed”, saħaq Graziano, li jgħix f’Milan u li bħal ħafna oħrajn kien jaħseb li l-pandemija mhux se tolqtu.

Ekonomija

Sport