Saturday, December 21, 2024

Tajna drittijiet u ħajja lil nisa u tfal… lest nerġa’ mmur

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Luca Barisonzi, suldat Taljan li kien ferut serjament fl-Afganistan u se jibqa’ għal għomru f’siġġu tar-roti

Fl-aħħar jiem quddiem dak li rajna jiġri fl-Afganistan, rajna ħafna jikkummentaw dwar dak li kien għaddej. Kumment varji magħmulin minn persuni li qatt ma għexu ir-realtà Afgana.  Realtà li biex tkun taf dwarha trid titkellem ma’ min għexha. Ma min spiċċa ħarab minnha snin ilu. Ma min qed jgħix illum hemm. Ma’ dawk li servew hemm f’missjonijiet militarji jew umanitarji. Sfortunatament smajna ukoll dikjarazzjonijiet anki f’pajjiżna kontra li persuni Afgani jingħataw kenn f’pajjiżna. Smajna kliem bħal li hawn mimlijin. Anki f’pajjiżi Ewropej, kien hemm sentiment u saħansitra pajjiżi li ddikjaraw li mhux lesti jilqgħu refuġjati Afgani. Dan flimkien mal-fatt li ftit ġimgħat ilu biss diversi pajjiżi Ewropej kienu qed jippjanaw li jibagħtu lura għadd ta’ persuni Afgani.

Quddiem dak li kien qed jingħad spikkat id-dikjarazzjoni ta’ suldat Taljan li proprju fit-18 ta’ Jannar tas-sena 2011 waqt li kien viċin il-bażi ta’ Bala Mughab, madwa 170 kilometru bogħod minn Herat, sofrew attakk mit-Talibani. Fetħu in-nar fuqhom. Sieħbu Luca Sanna ta’ 33 sena miet fuq il-post Barisonzi kien irnexxielu jeħlisha għalkemm spiċċa f’siġġu tar-roti għal għomru kollu.

Quddiem dak li għadda minnu, ma tistax ma tistaqsihx għal kumment, kif għamlu diversi. Hu iżda jagħżel li jippubblikah. Kumment mill-qalb, li fih jgħid ċar u tond li ma jiddispjaċihx li kien hemm u li jekk ikollha tiġi okkażjoni oħra li jerġa’ jmur, jagħmel l-istess.

Jiddikjara li “jisimni Luca Barisonzi. Membru tal-militar Taljan li servejt fl-Afganistan. F’Jannar tas-sena 2011, kont spiċċajt ferut f’attentat li kien sar.   F’dawn il-jiem, intlabt nagħti kummenti jew li nagħti intervisti. Iddeċidejt li noħroġ dikjarazzjoni jien.”

“Fuq it-televiżjoni rajna l-immaġini ta’ dak li kien qed jiġri fil-kapitali Afgana Kabul. Rajna l-assalt ta’ eluf ta’ persuni Afgani jiġru quddiem u wara ajruplan. Għamlu dan biex jaħarbu mill-Afganistan. Ħassejt għoqla kbira fi griżmejja kif rajt dan.”

Jenfasizza li “rajt l-immaġini ta’ mara bi tlett itfal. Probabbilment dawk kienu it-tfal tagħha. Kien bilqiegħda f’nofs il-mitjar. Minn wiċċ dik l-omm stajt nara id-disprament tagħha, waqt li fl-istess ħin tipprova ma tinkwetax lil uliedha. F’dak il-mument ftakar f’dawk it-tfal li iltqajt f’dak il-perjodu li servejt fl-Afganistan.  Erġajt ftakar f’dak li kien familjari miegħu f’Bala Morghab.”

“F’moħħi reġgħu ġew l-immaġini l-esperjenzi ta’ xhur li għamilt fil-missjoni fl-Afganistan.  Kienet żona li fiha aħna daħħalna is-sigurtà. In-nies reġgħu irritornaw fi djarhom. It-tfal kienu reġgħu bdew jilgħabu, fl-istess żona fejn konna nkunu aħna.   Qed naħseb f’dik il-ġenerazzjoni li kibret hemm fl-aħħar 20 sena. Il-ġenerazzjoni li riedet tistudja u ħolmot b’futur. Qed niftakar f’dawk it-tfajliet li llum saru nisa. Kienu jħossuhom liberi. Fl-aħħar kienu akkwistaw  id-drittijiet, li għalina kienu xi ħaġa normali”. 

“Dan kollu seta’ jseħħ grazzi għall-impenn anki tagħna it-Taljani. Għamilna id-dover tagħna. Għamilna dan anke b’sagrifiċċju għal ħajjitna. Għal diversi snin konna lesti biex nilbsu l-ilbies militari u noħorġu niddefendu id-drittijiet tal-poplu Afgan. Dan għamilnieh anke jekk konna nafu li f’pajjiżna kien hemm min jikkritikana għal dan. Illum dawn l-istess nies, qed jimlew is-siti soċjali b’kummenti fuq realtajiet li dwarha ma jafu xejn. Qed jitkellmu fuqha waqt li huma qegħdin komdi fuq is-sufan ta’ darhom”.

“Jien iġġilidt u servt lil pajjiżi. Ma jiddispjaċini xejn mill-ħidma tagħna u lest linmur lura.  Għalija kienet weġgħa kbira li nara s-sitwazzjoni kif iddiġenerat. Dan hu dak li għandi xi ngħid”, itemm jgħid Barisonzi.

Ekonomija

Sport