Tuesday, November 26, 2024

Talba lill-UNESCO biex il-festa Maltija tkun rikonoxxuta bħala wirt dinji

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fix-xhur u l-ġimgħat li għaddew saret ħidma biex il-festa Maltija tingħata għarfien dinji mhux tanġibbli mill-UNESCO. 

Ħabbar dan il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera waqt id-diskussjoni dwar l-estimi li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu kif imħabbra fil-Budget 2022. 

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Herrera żvela wkoll li ngħata bidu għall-proċess sabiex tiġi riveduta l-lista tas-siti prijorità tal-wirt nazzjonali tanġibbli li jistgħu jiksbu l-għarfien mill-UNESCO u jidħlu bħala parti mis-siti ta’ wirt dinji. Għal dan il-għan twaqqaf kumitat biex jara li dan isir. 

Intant, il-Ministru Herrera stqarr li l-budget għas-sena d-dieħla wera fiduċja fis-settur artistiku u kreattiv. Budget li f’dan il-perjodu ta’ rkupru tal-pandemija, il-Gvern xorta sab il-fondi neċessarji sabiex ikompli jistimula u fl-istess ħin jipproteġi s-settur kulturali. 

“Budget li jaħseb għal futur sostenibbli tas-settur kulturali u kreattiv Malti fejn rajna żieda ta’ €9 miljun fuq il-budget tas-sena oħra. Illum il-Ministeru qed jinvesti akar minn erba’ darbiet dak li qed jiġi investit f’dan is-settur ftit aktar minn tmien snin ilu,” żied jispjega l-Ministru Herrera. 

Huwa semma kif matul din is-sena, inħarġu xejn inqas minn 14-il skema, parti minn Re-start, li poġġew l-irkupru tas-settur kulturali u kreattiv wara l-impatt tal-pandemija b’allokazzjoni totali ta’ €5.62 miljun. 

Barra minn hekk, inħarġu erba’ skemi ta’ finanzjament li poġġew l-assoċjazzjonijiet tal-festi lokali li jammontaw għal total ta’ nofs miljun ewro. 

Sport