Monday, December 23, 2024

Talbet il-flus lill-ommha wara li “nħatfet”

Aqra wkoll

Darren Spiteri ta’ 44sena, u Graziella Francalanza ta’ 43 sena residenti Ħal Qormi ġew akkużati li pprovaw jakkwistaw madwar 3,000 ewro mingħand il-ġenituri tal-mara billi vvintaw storja ta’ ħtif.

Quddiem il-Qorti l-akkużati wieġbu mhux ħatja tal-akkużi kontrihom.

Il-Prosekuzzjoni qalet li kienet omm il-mara li marret l-Għassa ta’ San Ġiljan biex tirrapporta li rċiviet telefonata mingħand bintha u qaltilha li nħatfet u qed tintalab 3,000 ewro biex tiġi meħlusa. L-omm qalet li kienet qalet lil bintha li hi ma kellix aċċess għal dak l-ammont ta’ flus u kulma kellha kien biss 80 ewro.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn kien miftehmin li se jiltaqgħu biex l-omm tagħti l-flus fejn sabu lil Graziella Francalanza tistenna u ma kienet fl-ebda periklu.

Il-pulizija mill-ewwel bdew bl-investigazzjonijiet tagħhom fejn irriżulta li l-akkużati kellhom l-intenzjoni li jużaw dawn il-flus biex jixtru d-droga.

Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li l-vittmi huma anzjani u anke għad iridu jixhdu fil-każ.

Ekonomija

Sport