Taljan ta’ 26 sena u jgħix Birżebbuġa, ilbieraħ filgħaxija weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq
Għar Dalam, Birżebbuġa.
Kienu għall-ħabta tal-5:00 p.m.,, meta ntalbet l-assistenza, fejn millewwel stħarriġ irriżulta li l-inċident seħħ bejn mutur Peugeot Tweet misjuq mir-raġel u vettura li telqet minn fuq il-post.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna fuq il-post minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.
