Taljan jammetti li seraq sett tat-televiżjoni minn restorant f’San Pawl il-Baħar

Aqra wkoll

Massimo Demurtas, Taljan ta’ 33 sena ġie ikkundannat 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin wara li ammetta li seraq sett tat-televiżjoni minn restorant f’San Pawl il-Baħar.

It-Taljan ammetta li seraq is-sett tat-televiżjoni li jiswa €300 fl-10 ta’ Settembru li għadda. Is-serqa saret għall-ħabta tat-3.00 a.m.

Fil-Qorti ntqal li l-Pulizija bdiet tinvestiga s-serqa wara li sid ir-restorant tella’ filmat fuq il-Facebook.

Fil-filmat ir-raġel jidher jidħol fir-restorant u jieħu s-sett tat-televiżjoni u kien arrestat wara li xi ħadd informa lill-Pulizija meta għarfu mill-filmat.

Il-Maġistrat Antoine Agius Bonnici minbarra li kkundannah 18-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin, ordna wkoll lit-Taljan jirrifondi lir-restorant il-valur misruq.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Gabriel Abela mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u l-Ispettur Warren Galea u Bradley Grima waqt li l-Avukat Sarah Ciliberti dehret għar-raġel.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport