L-ebda midja soċjali għal tfal taħt it-13-il sena… bejn 13 u 15-il sena se jkollhom siegħa kuljum biss

Aqra wkoll

Il-Kummissjoni Ewropea se tkun qiegħda tressaq liġi bil-għan li tfal taħt it-13-il sena ma jkunux jistgħu jagħmlu użu mill-midja soċjali filwaqt li tfal bejn it-13 u 15-il sena se jkollhom aċċess għal siegħa waħda biss kuljum u din tkun taħt superviżjoni.

Ħabbret dan il-President tal-Kummissjoni Ewropea Von der Leyen waqt li kienet qed tindirizza l-Parlament Ewropew fi Strasbourg.

Aktar minn hekk, il-President tal-Kummissjoni Ewropea qalet li persuni bejn il-15 u 18-il sena se jkollhom “safe design” fuq il-midja soċjali u b’hekk mhux se jkunu jistgħu jaraw kollox meta jidħlu fuq il-midja soċjali.

“Tfal Ewropew qegħdin jagħmlu bejn 4 u sitt sigħat kuljum quddiem l-isreens. It-tfal qegħdin jispiċċaw jaraw ħafna midja soċjali minħabba ‘feeds’ apposta li jitilgħu fuq l-isreens tagħhom,” qalet il-President tal-Kummissjoni Ewropea Von der Leyen.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport