Thursday, December 26, 2024

Tammetti li pprovat idaħħal 29 fekruna b’mod illegali fil-Kanada

Aqra wkoll

Wan Yee Ng, Ċinża ta’ 41 sena ammettiet minflok għaddiet ġuri li f’Ġunju li għadda pprovat idaħħal 29 fekruna b’mod illegali fil-Kanada. Hi pprovat tagħmel dan billi taqsam ix-xmara Vermont b’kayak.

Il-Pulizija arrestaw liċ-Ċina waqt li kienet qiegħda tonfoħ il-kayak biex tibda l-vjaġġ tagħha lejn il-Kanada.

Min-naħa l-oħra, il-Pulizija ġew informati wkoll li min-naħa tal-Kanada raġel kien beda jaqdef opra tal-baħar żgħira biex jasal f’nofs ix-xmara u jiltaqa’ maċ-Ċinża biex b’hekk jieħu l-fkieren.Minn invetigazzjoni li saret irriżulta li dan kien ir-raġel ta’ Ng.

Il-Pulizija qalu li minn ivestigazzjonijiet li saru rriżulta li dawn il-fkieren kellhom jinbiegħ fil-Kanada u l-flus imorru f’bank f’Hong Kong.

Kien fl-aħħar jiem li hu ammettiet l-akkużi kollha kontriha. Is-sentenza se tkun qiegħda tingħata f’Diċembru li ġej fejn tista’ teħel għaxar snin ħabs u multa ta’ $250,000.

Ekonomija

Sport