Mara tressqet il-Qorti fejn wieġbet ħatja li serqet ċurkett minn ħanut waqt li kienet taħt probation fuq reat ieħor.
Daniela Tranchino ta’ 46 sena mill-Gżira ġiet mixlija b’serq minn ħanut tal-ġojjellerija fil-Belt Valletta nhar il-25 ta’ April, li kisret ordni ta’ probation u li saret reċediva.
L-Avukat Leontine Calleja, li dehret għall-mara, talbet lill-Qorti biex qabel tingħata s-sentenza jsir pre-sentencing report fil-konfront tal-imputat.
Sakemm jitlesta r-rapport, il-mara ngħatat il-benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest taħt garanzija personali ta’ €5,000 u kienet ordnata tiffirma l-Għassa darba fil-ġimgħa.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Kevin Pulis u Daryl Borg.