Tuesday, May 14, 2024

“Il-pubbliku, b’mod ġenerali, għadu mhux lest li jara mexxej f’siġġu tar-roti”

Aqra wkoll

Bosta kienu dawk li tkellmu dwar il-fatt li l-Papa Franġisku lbieraħ deher għall-ewwel darba fil-pubbliku f’siġġu tar-roti minħabba li għal darb’oħra qed isofri b’uġigħ f’irkopptu. Dan il-fatt ġab reazzjonijiet imħallta mill-pubbliku.

Fost dawk li kkummentaw, kien hemm l-eks Membru Parlamentari Laburista Oliver Scicluna li qal li jista’ jgħid ħafna affarijiet dwar ir-rappurtaġġi u l-kummenti tan-nies li kien hemm, iżda sostna li l-ħsieb tiegħu jmur lil hinn minn dawn.

Scicluna qal li l-pubbliku, b’mod ġenerali, għadu mhux lest li jara mexxej f’siġġu tar-roti. 

“Għax forsi l-”wheelchair” huwa simbolu tad-djufija għal ħafna, għax forsi naħsbu li min jużah mhux kapaċi jmexxi għax hu mdaħħal fiż-żmien u wkoll għandu n-nuqqas ta’ mobilita. Forsi mhux man-norma?”

Żied jgħid: “Aħsbu ftit kemm hawn jew kien hawn mexxejja madwar id-dinja inkluż Malta li għandhom diżabilità? Nistaqsi għalfejn? X’inhi r-raġuni?”

Sport