Sunday, December 22, 2024

Tanker Russu attakkat mill-armata Ukrena fil-Baħar l-Iswed

Aqra wkoll

Tanker Russu li abbord fuqu kien hemm 11-il membru tal-ekwipaġġ kien attakkat matul il-lejl li għadda waqt li kien qiegħed ibaħħar fil-Baħar l-Iswed.

Uffiċjali Russi qalu li l-magni tat-tanker ġew meqruda kważi għal kollox, iżda ġadd mill-ekwipaġġ ma tilef ħajtu.

L-Aġenzija Marittima Russa qalet li t-tanker hu rreġistrat fuq l-isem Sig u kien jinsab 17-il mil ‘il barra mill-Pont tal-Krimea. Jirriżulta li dan l-attakk seħħ permezz ta’ drone li kien imexxi mill-Ukranja.

Residenti li jgħixu qrib il-Pont tal-Ukranja qalu li matul il-lejl semgħu splużżjoni qawwija ħafna tant li kulħadd spiċċa ħareġ minn daru.

S’issa l-militar Ukren ma kkonfermax li l-attakk fuq it-tanker twettaq minnu, iżda aġenziji tal-aħbarijiet Russi qegħdin jgħidu li Moska għanda informazzjoni li dan twettaq mill-Ukranja.

Ekonomija

Sport