Saturday, February 8, 2025

“Taqblu li stazzjon televiżiv bil-Malti għandu jkollu wkoll l-Ingliż”- Ben Camille

Aqra wkoll

Permezz ta’ story fuq Instagram, Ben Camille ssuġġerixxa sabiex it-televiżjoni Malti jaqleb għall-Ingliż, bil-għan li jilqa’ għall-popolazzjoni barranija li tgħix f’Malta u li qed tiżdied.

Fl-istess story, Camille qal; “Iktar ma jmur qed niltaqa’ ma’ ħafna aktar barranin li donnhom iridu jaraw it-televiżjoni lokali. Dan jista’ jkun minħabba ċirkustanzi differenti, jista’ jkun li dawn il-barranin ilhom hawn u għalhekk, bir-raġun, qed isiru parti mill-komunità u qed jieħdu interess fit-televiżjoni lokali u fil-midja soċjali”.

Tenna li l-mistoqsija għal poplu Malti u Għawdxi hija kif jaħsbu dwar il-fatt li spettakli u programmi jsiru bl-Ingliż ħalli jarawh iktar nies. Intom x’taħsbu dwar dan?

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport