Saturday, December 28, 2024

Taqsima speċjalizzata fil-Korp tal-Pulizija għal każi ta’ vjolenza domestika

Aqra wkoll

Każi ta’ vjolenza domestika se jkunu qed jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ taqsima ġdida speċjalizzata fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. It-taqsima l-ġdida se tkun qed tieħu wkoll ħsieb rapporti li jidħlu lill-pulizija dwar vjolenza abbażi ta’ ġeneru.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet mill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, li fiha flimkien mal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-liġi Byron Camilleri tħabbar investiment ġdid ġewwa l-korp tal-Pulizija li jinkludi simulator ġdid għall-pulizija li se jservi bħala taħriġ dwar każijiet ta’ vjolenza domestika.

Il-Ministru Camilleri spjega li dan is-simulator, b’investiment ta’ madwar €115,000, juri parti minn din ir-realtà minn għajn ta’ tifla ta’ seba’ snin. Tenna li dan il-proġett huwa immirat biex tinħoloq kuxjenza u turija ċara ta’ kemm il-korp huwa sensittiv għad-diffikultajiet ta’ dawn in-nies.

Il-Ministru għalaq b’żewġ appelli importanti fejn ħeġġeġ biex dawk il-persuni li għaddejin minn żmien diffiċli jersqu ‘l quddiem u jkellmu lil pulizija, NGOs jew professjonisti filwaqt li appella biex jirrappurtaw meta xi ħadd isib xi membru fil-korp li ma jurix empatija.

Ekonomija

Sport