Monday, May 13, 2024

Kaċċaturi jsalvaw ferħ ta’ fjamingu

Aqra wkoll

L-istess bħalma ġara s-sena l-oħra, kmieni dalgħodu fl-akkwata ta’ L-Għadira is- Safra, sit ta Natura 2000 immexxi mill-għaqda Kaċċaturi San Ubertu, niżel jistrieħ ferħ ta’ fjamingu. Bħal dan iż-żmien meta dawn l-għasafar ipassu, saret ħaġa komuni li l-frieħ ta’ dawn l għasafar ifittxu l-art minħabba li ma jkunux għadom b’saħħithom biżżejjed biex jaslu l-Afrika mal-kumplament tal-qatgħa.

In-nuqqas ta’ ikel xieraq fil gżejjer Maltin, kif ukoll l-età żgħira ta’ dawn l-għasafar jirrikjedi l-intervent tal-bniedem biex dawn irabbu s-saħħa biex ikomplu jpassu. Membri ta’ Kaċċaturi San Ubertu ġabru l-fjamingu ferħ u għaddew din it-tajra lit-taqsima tal-Pulizija tal-ALE.

Fl-istess waqt il-Kaċċaturi San Ubertu ħeġġet lill-poplu jirrappurtaw sejba ta’ għasafar lill-ALE fuq 22942161 jew 119.

Sport