Monday, April 29, 2024

Protesti f’Wisconsin wara li l-Pulizija tispara diversi tiri f’dahar raġel

Aqra wkoll

Diversi protesti kienu rapportati fl-istat Amerikan ta’ Wisconsin wara li l-Pulizija sparat diversi tiri f’dahar raġel ta’ karnaġġjon skur waqt li kienu qed jirrispondu għal dak li qalu kien inċident domestiku.

Ir-raġel, identifikat bħala Jacob Blake, jinsab f’qagħda kritika fi sptar.

Filmat juri l-mument meta allegatament Blake ntlaqat f’dahru minn tiri sparati minn uffiċjali tal-Pulizija li marru fuq il-post. Fil-mument li ġew sparati t-tiri Blake jidher li kien qed jipprova jidħol fil-vettura tiegħu.

Intant l-awtoritajiet tal-belt ta’ Kanosha ddikjaraw curfew ta’ emerġenza matul il-lejl li għadda wara li l-protesti li żvolġew wara l-inċident.

Mijiet ta’ persuni nġabru quddiem il-kwartieri tal-Pulizija tal-belt matul il-lejl, b’diversi vetturi jingħataw in-nar u bid-dimostranti juru l-għadab tagħhom għal dak li kien seħħ.

Il-Pulizija għamlu wkoll appell lin-negozji biex jagħlqu għal 24 siegħa wara li rċevew bosta rapporti ta’ hold-ups, u inċidenti b’armi tan-nar.

Il-Gvernatur ta’ Wisconsin, Tony Evers, ikkundanna l-inċident li kien jinvolvi lil Blake, li allegatament ma kienx qed iġorr armi fil-mument meta seħħet l-isparatura.

L-inċident seħħ f’perjodu kkaratterizzat minn tensjonijiet fl-Istati Uniti kaġun ta’ razziżmu u brutalità mill-Pulizija wara l-mewt ta’ Geroge Floyd aktar kmieni din is-sena.

Sport