Friday, May 3, 2024

Taqtiegħa bejn Liverpool u Real Madrid għal Jude Bellingham

Aqra wkoll

Wara li Real Madrid għelbu lil Liverpool għall-firma tal-midfielder Aurelien Tchouameni, issa se jkun hemm taqtiegħa oħra bejn dan iż-żewġ clubs għall-akkwist tal-midfielder Ingliż ta’ Borussia Dortmund, Jude Bellingham.

Liverpool iridu jiftħu negozjati issa biex f’’Ġunju 2023 jingħaqad magħhom hekk kif il-club Ġermaniż ma jridx iċedih għal dan l-istaġun. Huwa qed jitolbu €100 miljun għal dan il-player ta’ 18-il sena.

Ir-Reds irid jilħqu ftehim qabel ma jibda l-istaġun iżda l-Madrileni jemmnu li Bellingham se jagħżel lilhom u mhumiex se jiftħu l-ebda negozjati qabel Ġunju 2023.

Sport