Manchester City huma lesti li jidħlu f’taqtiegħa ma’ Real Madrid għall-firma tal-attakkant ta’ Ajax, Antony, waqt it-tieqa tat-trasferimenti tas-sajf li ġej.
Iż-żagħżugħ ta’ 21 sena skorja 11-il goal u rreġistra 12-il assist f’51 dehra għal Ajax minn meta ngħaqad magħhom mingħand Sao Paulo f’Lulju 2020.
Rapport riċenti sostna li Real Madrid huma interessati li jġibu lill-Brażiljan fil-Bernabeu fl-2022, wara li kienu mpressjonati bl-iżvilupp tiegħu minn meta ġie introdott fil-football Ewropew.
Huwa mifhum li hemm ukoll interess ġenwin minn Man City, bis-Citizens lesti biex jesploraw il-possibbiltà li jagħmlu offerta għall-attakkant fl-2022.
Chelsea, Bayern Munich, Barcelona u Borussia Dortmund esprimew ukoll ix-xewqa li jiffirmaw lill-Brażiljan.
Antony, li għad fadallu erba’ snin fil-kuntratt tiegħu f’Amsterdam, skorja goal u pprovda żewġ assists f’ħames dehriet għal Ajax f’dan l-istaġun.