Wednesday, April 24, 2024

Tarbija abbandunata f’kaxxa tal-pizza… “Ommu mietet waqt it-twelid. Nitlob l-Alla jaħfirli”

Aqra wkoll

Każ xokkanti seħħ fil-belt ta’ Zacatecas fil-Messiku. Tarbija tat-twelid instabet abbandunata f’kaxxa tal-pizza. Magħha imma instabet nota ta’ qsim il-qalb. It-tarbija nsabet f’passaġġ.

In-nota tgħid ċar u tond li omm it-tarbija mietet waqt it-twelid. In-nota nkitbet min-nanna tat-tarbija li fin-nota ddikjarat li ma kellhiex il-mezzi finanzjarji biex trabbi dik it-tarbija.

“Ħu ħsieb lin-neputi,” kienet tgħid in-nota miktuba bl-Ispanjol.  “Binti mietet waqt li kienet qed twelled. Ma nistax inżommu. Nittamaw li jkollu ħajja ferm aħjar. Nitob lil Alla jaħfirli”.

In-nota qasmet qalb ħafna nies. Is-sindku ta’ lokal fil-qrib, Miguel Angel Varelo Pinedo tella’ n-nota fuq is-sit soċjali tiegħu u ddikjara li hu personali kien se jiffinanzja l-bżonnijiet kollha tat-tifel. Sostna li “hi xi ħaġa ta’ dwejjaq li tarbija tkun abbandunata għax xi ħadd m’għandux ir-riżorsi finanzjarji biex irabbiha”.

Sport