Friday, November 15, 2024

Tarbija fil-Filippini meqjusa bħala t-tmien biljun tarbija mwielda fid-Dinja

Aqra wkoll

Fi spazju qasir ta’ żmien il-popolazzjoni tad-dinja laħqet tmien biljuni, 11-il sena biss wara li għaddiet it-tragward tas-seba’ bil­juni. Madankollu, wara żieda kbira fil-popolazzjoni f’nofs is-Seklu 20, it-tkabbir tal-popolazzjoni diġà jidher li qed jonqos.

In-Nazzjonijiet ­Uniti tgħid li jridu jgħaddu mill-­inqas 15-il sena oħra biex jintlaħaq id-disa’ biljuni għal­kemm mhuwiex mistenni li l-popolazzjoni tad-dinja tilħaq l-10 biljuni sal-2080.

Huwa diffiċli li jkun ikkalkulat in-numru ta’ nies fid-dinja b’mod preċiż, iżda l-istima tan-Nazzjonijiet Un­iti tal-15 ta’ Novembru ta’ tmien biljun hija l-aħjar stima tagħha. Iżda l-35 sena li ġejjin jistgħu jaraw żieda ta ‘żewġ biljuni biss u allura l-popolazzjoni globali x’aktarx li sejra tibda tonqos. It-tarbija li hu stmat li għaqqdet dan l-ammont hija tifla li twieldet fl-Isptar Dr Jose Fabella Memorial Hospital f’Manila fil-Filippini u li ngħatat l-isem ta’ Vinice Mabansag.

It-tifla li għaqqdet is-seba’ biljun ruħ, Sadia Sultana Oishee li llum għandha 11-il sena twieldet f’operazzjoni ċesarja urġenti minuta wara nofsillejl fi sptar f’Bangladesh, imdawra minn ekwipaġġi tat-televiżjoni u uffiċjali lokali.

Filwaqt li missierha kien ittama għal tifel, issa huwa kuntent bit-tlett ibniet tiegħu. Oishee hija determinata li ssir tabib. “M’aħniex daqshekk sinjuri u l-Covid għamel l-affarijiet aktar diffiċli imma lest nagħmel minn kollox biex il-ħolma tagħha ssir realtà,” qal missierha

Minn mindu twieldet Oishee, 17-il miljun ruħ oħra żdiedu mal-popolazzjoni dej­jem tikber tal-Bangladesh. Dan it-tkabbir huwa storja ta’ suċċess mediku kbir, iżda r-rata li biha qed tespandi l-Bangladesh naqset ħafna. Fl-1980 il-mara medja kien ikollha aktar minn sitt itfal, issa hija inqas minn tnejn. U dan grazzi għall-enfasi li l-pajjiż poġġa fuq l-edukazzjoni. Hekk kif in-nisa jsiru aktar edukati huma jagħżlu li jkollhom familji iżgħar.

Dan huwa kruċjali biex wieħed jifhem fejn x’aktarx se tmur il-popolazzjoni tad-dinja. It-tliet korpi ewlenin li jagħmlu projezzjonijiet fuq il-popolazzjoni globali – in-Nazzjonijiet Uniti, l-Istitut tal-Metriċi u l-Evalwazzjoni tas-Saħħa (IHME) fl-Università ta’ Washington u ċ-Ċentru IIASA-Wittgenstein fi Vjenna – ivarjaw fuq il-kisbiet li jistennew fl-edukazzjoni.

In-NU tgħid li l-popolazzjoni globali se tilħaq il-quċċata fl-2080s għal 10.4 biljun iżda l-IHME u Wittgenstein jemmnu li dan se jiġri qabel bejn l-2060 u l-2070, għal inqas minn 10 biljun.

Iżda dawn huma biss projezzjonijiet. Minn mindu Oishee twieldet fl-2011 inbidlu ħafna affarijiet fid-dinja u d-demografiji huma kontinwament sorpriżi.

“Ma konniex nistennew li l-mortalità mill-marda tal-Aids se tonqos daqshekk u li t-trattament qed isalva ħafna nies. U mbagħad hemm it-tnaqqis xokkanti fil-fertilità,” jgħid Samir KC, demografu fl-IIASA. 

“Id-demografi kienu xxukkjati meta n-numru ta’ tfal imwielda għal kull mara fil-Korea t’Isfel niżel għal medja ta’ 0.81, allura kemm se jitbaxxa aktar? Din hija l-mistoqsija kbira għalina,” jgħid Samir KC. Hija xi ħaġa li aktar u aktar pajjiżi se jkollhom jiffaċċjaw.

Filwaqt li nofs il-biljun li jmiss se jiġu minn tmien pajjiżi biss – il-biċċa l-kbira minnhom fl-Afrika, fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi r-rata tal-fertilità se tkun inqas minn 2.1 tfal għal kull mara, in-numru meħtieġ biex isostnu popolazzjoni.

Il-Bożnja-Ħerzegovina hija waħda mill-popolazzjonijiet l-aktar li qed jonqsu malajr fid-dinja u jekk din is-sitwazzjoni tippersisti mhu se jkun fadal ħadd biex iħallas għall-pensjonijiet għal persuni rtirati.

Bħal ħafna partijiet tal-­Ewropa tal-Lvant, il-Bożnja-Ħerzegovina ntlaqtet bid-­doppju ta’ fertilità baxxa u emigrazzjoni għolja.

Ekonomija

Sport