Tuesday, May 14, 2024

Ilbieraħ ma baqax għad-dibattitu fil-parlament … illum jisfida lill-Ministru għal dibattitu  

Aqra wkoll

Komplew il-botti u risposti bejn il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Aaron Farrugia u l-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport Adrian Delia.

Fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook Delia ċaħad li hu ma jridx jiddibatti mal-Ministru dwar il-problemi li jeżistu fil-Ministeru konċernat u sfida jgħid li hu lest li jiddibatti “fejn, meta u fuq xiex” irid.

Waqt is-seduta parlamentari tal-bieraħ kif ukoll f’konferenza tal-aħbarijiet fil-jum ta’ qabel, l-eks Kap tal-Oppożizzjoni beda kkritika l-mod ta’ kif il-Ministru qiegħed jindirizza ċertu problemi li ma jifilħux jistennew iżjed fosthom iż-żieda qawwija tat-traffiku. Delia qal li l-Ministru qiegħed jitmejjel bin-nies meta jgħid li t-traffiku huwa kkawżat mill-festi, min-nuqqas ta’ preżenza ta’ uffiċjali fit-toroq u mill-inċidenti fost raġunijiet oħra.

Madanakollu waqt li kien qiegħed jitkellem il-Ministru Farrugia, Delia ma kienx preżenti fil-Kamra. Kien hawnhekk li l-Ministru rrimarka li minħabba li l-kelliem tal-Oppożizzjoni moħħu f’kemm se jġib likes fuq Facebook, kien innota li f’dak il-mument Delia kien qiegħed jitkellem fuq ir-radju. Farrugia staqsa x’kien jiġri kieku s-sitwazzjoni kienet bil-maqlub u li kieku hu ma kienx preżenti għad-diskors tal-kelliem tal-Oppożizzjoni. 

Sport