Wednesday, April 24, 2024

AĠĠORNAT: Tifel ta’ sena jindarab serjament wara li waqa’ madwar żewġ sulari

Aqra wkoll

Tifel ta’ sena weġġa’ serjament wara li waqa’ madwar żewġ sulari minn gallarija.

Il-każ seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8.00a.m. fi Triq Santa Venera, l-Imsida.

It-tifel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Lara Lanfranco, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport