Thursday, April 18, 2024

Tarbija tmut wara li missila laqtet sala tal-maternità fl-Ukrajna

Tkompli l-kundanna għall-istrateġija tal-missili Russi fuq l-impjanti tal-enerġija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-President Ukren Volodymyr Zelensky akkuża lir-Russja bi kriminalità umana wara li f’attakk konċentrat kkawżaw dalma sħiħa f’diversi partijiet tal-Ukrajna.

Waqt kollegament virtwali fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, Zelensky qal li din il-formula ta’ biża’ Russa kkawżat biex miljuni ta’ persuni spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku, mingħajr ma jistgħu jsaħħnu djarhom u mingħajr ilma f’temperaturi taħt iż-żero gradi.

Spjega kif barra minn hekk hemm mill-inqas seba’ persuni li tilfu ħajjithom f’dawn l-attakki bil-missili u kif l-impjanti nukleari spiċċaw diżattivati.

It-tliet impjanti li kienu għadhom taħt il-kontroll tal-Ukrajna ġew skonnettjati u l-impjant ta’ Zaporizhzhia – l-akbar fl-Ewropa – reġa’ ġie mġiegħel jiddependi fuq ġeneraturi tad-diżil.

L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) esprimiet tħassib kbir dwar l-impjant ta’ Zaporizhzhia u l-fatt li dan jiġi kkontrollat ​​mir-Russi, anke wara ħsarat ikkawżati minn attakki kontinwi.Moldova wkoll esperjenzaw qtugħ fil-provvista fl-aħħar attakki, iżda ma kinux milqutin direttament.

L-ambaxxatriċi tal-Istati Uniti għan-Nazzjonijiet Uniti, Linda Thomas-Greenfield, qalet li l-President Russu Vladimir Putin kien qed juża x-xitwa biex jikkawża tbatija kbira.

“Wara li tħabtu fuq il-kamp tal-battalja, Moska issa qed tadotta strateġija kodarda u inumana li tikkastiga rġiel, nisa u tfal Ukreni”, żiedet tgħid.

Skont ma’ qalu s-servizzi tal-emerġenza, fir-reġjun tan-Nofsinhar ta’ Zaporizhzhia, tarbija tat-twelid inqatlet meta missila laqtet sala tal-maternità.

Il-Ġeneral Valeriy Zaluzhniy – il-kmandant tal-forzi armati tal-Ukrajna – qal li Moska sparat mas-67 missila, bid-difiża tal-ajru tinterċetta b’suċċess 51 minnhom.

Ekonomija

Sport