Monday, December 23, 2024

Tarxien Rainbows U19 jirbħu l-Cassar Cup

Aqra wkoll

It-tim ta’ taħt id-19-il sena ta’ Tarxien Rainbows rebħu l-Cassar Cup, turnament organizzat qabel il-bidu tal-istaġun. Huma spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika minn grupp ta’ tliet timijiet meta rebħu ż-żewġ logħbiet li lagħbu kontra Għargħur FC u Senglea Athletic.

Fl-ewwel partita li ntlagħbet minn dan it-turnament, ir-Rainbows bdew tajjeb hekk kif għelbu lil Għargħur bl-iskor ta’ 5-1. Kieran Curmi skorja doppjetta għat-Tarxiniżi b’Angel Correa, Danilo Marmara u Joelan Frendo jżidu aktar gowls għat-tim tagħhom. Isaac Aquilina naqqas il-marġni tal-iskor għal Għargħurin.

Fit-tieni partita, Senglea Athletic bdew bl-aħjar mod l-impenji tagħhom f’dan it-turnament wara li ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lil Għargħur 7-2.

Amir Amhamed u Alih Shaban skorjaw doppjetta b’Kaique Duarte dos Santos, Felipe Cezar Teixeira u Charlton Farrugia jniżżlu isimhom għal Senglea.

Għargħur skorjaw iż-żewġ gowls tagħhom permezz ta’ Warren Azzopardi u Sam Briffa.

Sabiex l-aħħar logħba kellha tkun il-finali bejn Tarxien u Senglea li aktar qabel kienu ħarġu rebbieħa fil-konfronti rispettivi tagħhom.

Fl-aħħar mill-aħħar kienu r-Rainbows li għelbu lil Senglea bl-iskor ta’ 3-1 b’Zachary Chetcuti jiskorja doppjetta u bi Sven Caruana jżid ieħor. Senglea skorjaw l-uniku gowl tagħhom permezz ta’ Kaique Duarte dos Santos.

Fi tmiem il-konfront, l-assistent segretarju ta’ Tarxien Rainbows Lawrence Bonavia ippreżenta t-tazza lill-captain u l-vice-captain ta’ Tarxien Rainbows Dylan Mangion u Kieran Curmi.

Ekonomija

Sport