Thursday, May 16, 2024

“Kemmuna ta’ kulħadd” … l-għajta kontinwa waqt il-protesta f’Kemmuna

Aqra wkoll

“Qażżistuna, Qażżistuna. Tuna lura lil Kemmuna” hija l-għajta li dwiet dalgħodu f’kemmuna hekk kif il-Moviment Graffitti jinsab għaddej bi protesta minħabba s-sitwazzjoni fil-post.

Fost sejħiet oħra, dawk preżenti qegħdin jitolbu li minbarra li Kemmuna tkun tista’ titgawda iżjed minn kulħadd, tkun imħarsa n-natura tal-post minħabba l-ekonsistema tal-post.

Andre Callus spjega li fl-aħħar sigħat ngħata informazzjoni li minħabba li dawk responsabbli kienu jafu bil-protesta, qabbdu persuni biex sa minn kmieni dalgħodu jmorru f’Kemmuna bl-umbrelel tagħhom biex jimlew il-bajja.

Għal xi ħin inħolqot konfużjoni u saħansitra kien hemm bżonn l-intervent tal-Pulizija, iżda l-għajta baqgħet dik li Kemmuna hija ta’ kulħadd u li jixraq li titgawda minn kulħadd.

Sport