Tuesday, September 16, 2025

Tasal l-introduzzjoni tal-Football Video Support (FVS) fil-Futbol Malti

Aqra wkoll

Fażi importanti ħafna għall-football Malti hekk kif tħabbar id-dħul tal-Football Video Support (FVS) fil-YoHealth Malta Premier u l-Meridian FA Trophy.

L-FVS hija sistema simili ħafna għall-VAR, approvata mill-FIFA u mnedija għal realtajiet ta’ Kampjonati iżgħar, li sal-lum għadhom ma jifilħux għall-ispejjeż tas-sistema kollha.

Permezz ta’ din it-teknologija, l-ogħla Kampjonat Malti se jkun qed ikompli joqrob lejn Kampjonati professjonali oħra.

Ngħidu prosit lil MFA, specjalment lil Bjorn Vassallo, Dr. Matthew Paris u Alan Mario Sant li ħadu s-suġġeriment tal-Malta Premier League li pajjiżna japplika biex juża din is- sistema.

L-ispejjeż tat-teknologija fil-YoHealth Malta Premier se jinġarru kollha mill-clubs grazzi għaż-zieda fid-dħul finanzjarju tal-Kampjonat.

Dan huwa riżultat ieħor dirett tal-istrateġija ta’ kummerċjaliżazzjoni u sostenibilta’ finanzjarja promossa mill-MPL.

Iċ-Chairrman ta’ Kampjonat Malta Limited Alan Abela laqa’ b’sodisfazzjon l-introduzzjoni tal-FVS fil-YoHealth Malta Premier.

“Nikkunsidraw li dan huwa pass importanti għall-kampjonat tagħna, frott ta’ investiment mill- klabbs li jagħmlu parti mill-MPL u grazzi għas-sostenibbiltà finanzjarja li rnexxielna nagħtu lill- Kampjonat fi ftit iktar minn sena ħidma.

Inħarsu ‘l quddiem li r-referees f’pajjiżna, li jibqgħu taħt responsabilta’ tal-MFA, jibdew jużaw din it-teknoloġija mill-Closing Round tal-istaġun preżenti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport