In-Niġerja u l-Kongo għaddew għas-semi-finali tat-Tazza Afrikana, li qed issir fl-Ivory Coast meta fil-kwarti-finali għelbu lil Angola u lil Guinea rispettivament.
F’partita bilanċjata, in-Niġerja għelbu lil Angola bl-iskor ta’ 1-0 bl-iskorer uniku jkun Ademola Lookman (41).
Min-naħa tal-Kongo, dawn dawru telfa rebħa ta’ 3-1 fuq il-Guinea.
Il-goals tagħhom waslu minn Chancel Mbemba (27), Yoane Wissa (65 pen) u Arthur Masuaku (82) wara li Mohamed Bayo (21 pen) fetaħ l-iskor għal Guinea.
Interessanti huwa l-fatt li l-goalkeeper tal- Guinea huwa Ibrahim Kone ta’ Hibernians, biex issa jirritorna fil-Kampjonat Malti.