Wednesday, July 24, 2024

Serie A: Inter jospitaw lil Juventus f’konfront dirett u klassiku

Aqra wkoll

Meta se tintlagħab it-23 ġurnata tas-Serie A, bla dubju, il-partita li kul­ħadd qed jistenna hija dik bejn ir-rivali eterni u d-derby tal-Italja, bejn Inter u Juventus.

Dan il-konfront huwa wieħed dirett u klassiku bejn iż-żewġ timijiet li qed jisfidaw lil xulxin għar-rebħ tal-Iscudetto. 

Inter v Juventus – Inter, il-leaders tal-klassifika, jospitaw lil Juventus, f’San Si­ro, f’dik li hija meqjusa bħala l-akbar partita tal-ista­ġun. 

It-team immexxi mill-coach, Simone Inzaghi, bħa­l­issa  għaddej minn forma brillanti fejn wara li rebaħ is-Super Cup Taljana, kompla juri l-konsistenza tiegħu meta fl-aħħar partita, li kienet waħda diffiċli kontra Fiorentina, ħareġ rebbieħ bl-iskor ta’ 1-0.

L-aqwa arma tan-Nerazzurri hija l-attakkant Ar­ġentin, Lautaro Martinez, li qed jillidja l-lista tal-aqwa skorers b’19-il goal.

Għaldaqstant, il-Bianco­neri jridu jagħrfu li jinżlu bi pjan biex iwaqqfu l-furja tiegħu. Peró t-tweġiba tagħhom għandha tkun … l-attakkant Serb, Dusan Vla­hovic. 

Juventus ġejjin minn draw diżappuntanti kontra Empoli fejn fallew żewġ punti importanti hekk kif jinsabu punt wara Inter iżda n-Nerazzurri jridu jir­kupraw partita. 

Dan se jkun il-91 konfront dirett bejn dawn iż-żewġ timijiet f’San Siro, fejn Inter rebħu 36 filwaqt li Juventus rebħu 25. U filwaqt li Inter skorjaw 135 goal, Juventus skorjaw 100.

Inter se jkollhom nieqes  biss lill-eks Juventin, Juan Cuadrado, filwaqt li l-Bianconeri se jkollhom jgħaddu mingħajr is-servizzi tas-sospiż,  Arkadiusz Milik, u l- im­weġ­ġgħin, Mattia de Sci­glio, Mo­­i­­se Kean u Federico Chiesa.

Frosinone v Milan – Milan imorru fir-reġjun ta’ Lazio sabiex jaffrontaw lil Frosinone li jinsabu ħames punti ‘l bogħod mir-relagaz­zjoni.

Milan huma xxamplati fit-tielet post tal-klassifika b’vantaġġ ta’ 11-il punt mill-ħames post u għaldaqstant għandhom ċans kbir li jikkwalifikaw għall-kompetizzjoni tal-UEFA Cham­pions League . 

Ir-Rossoneri għandhomneqsin lil Ismael Bennacer, Fikayo Tomori, Tommaso Pobega, Malick Thiaw u Pierre Kalulu filwaqt li Frosinone ma jistgħux jinkludu lil Jaime Baez, Anthony Oyono, Richardo Marchizza u Sergio Kalay minħabba li kollha qed jirkupraw minn injury. 

Napoli v Verona – Iċ- champions Napoli jibdew favoriti li jiksbu t-tliet punti meta jospitaw lil Verona li jinsabu fis-16-il post u fil-periklu li jiġu relegati. 

Huwa mperattiv li l-Par­te­nopei joħorġu bit-tliet punti minħabba li jridu    jib­q­għu fl-isfida għall-kwalifikazzjoni taċ-Champions League. 

Napoli għandhom lil Alex Meret, Natan Souza u Mathias Oliveira minħabba li qed jirkupraw minn injury filwaqt li Verona ma jistgħux jinkludu lil Alessandro Berardi li sofra injury kerha fi spalltu. 

Filwaqt li huma għandhom il-players kollha għad-dispożizzjoni filwaqt li Verona ma jistgħux jinkludu lil Alessandro Berardi, Alex Meret, Natan Souza u Mathias Oliveira mweġġgħin għal Napoli.

Ekonomija

Sport