Friday, July 26, 2024

Tazza Afrikana: In-Niġerja u l-Kongo fis-semi-finali

Aqra wkoll

In-Niġerja u l-Kongo għaddew għas-semi-finali tat-Tazza Afrikana, li qed issir fl-Ivory Coast meta fil-kwarti-finali għelbu lil Angola u lil Guinea rispettivament. 

F’partita bilanċjata, in-Niġerja għelbu lil Angola bl-iskor ta’ 1-0  bl-iskorer uniku  jkun Ademola Lookman (41).

Min-naħa tal-Kongo, dawn dawru telfa rebħa ta’ 3-1 fuq il-Guinea. 

Il-goals tagħhom waslu minn Chancel Mbemba (27), Yoane Wissa (65 pen) u Arthur Masuaku (82) wara li Mohamed Bayo (21 pen) fetaħ l-iskor għal Guinea.

Interessanti huwa l-fatt li l-goalkeeper tal- Guinea huwa Ibrahim Kone ta’ Hibernians, biex issa jirritorna fil-Kampjonat Malti.

Ekonomija

Sport