Il-Korea t’Isfel u l-Ġordan ikkwalifikaw għas-semi-finali tat-Tazza Asjatika, li qed issir fil-Qatar, meta fil-kwarti-finali għelbu lill-Awstralja u lil Tajikistan rispettivament.
Il-Koreani dawru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 2-1, fil-ħin barrani. Kien Craig Goodwin (42) li fetaħ l-iskor għall-Awstraljani iżda Hee-Chan Hwang (96) kiseb id-draw għall-Koreani biex kellha tingħata nofs siegħa oħra.
Son Heung-Min (104) spiċċa l-eroj meta skorja l-goal tar-rebħa u proprju minuta wara l-Awstraljani kellhom lil Aiden ONeill imkeċċi.
Il-Ġordan għelbu lil Tajisktan bl-iskor ta’ 1-0, bl-uniku goal jasal minn auto-goal ta’ Vahdat Hanonov (60).