L-FA Ċilena ssottommiet appell għal kontra d-deċiżjoni tal-FIFA li tħalli lill-Ekwador jieħdu sehem fil-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2022.
Iċ-Ċilí, li ħadu sehem f’disa’ edizzjonijiet, kienu ressqu lment biex il-FIFA tinvestiga lill-Ekwador dwar l-ineġibbiltá tad-difensur Byron Castillo.
Huma kienu aċċennaw li Castillo twieled fil-Kolumbja u mhux fl-Ekwador kif jindikaw id-dokumenti tiegħu.
Huwa lagħab fi tmien logħbiet ta’ kwalifikazzjoni fosthom dik kruċjali kontra ċ-Ċilí fejn l-Ekwador kienu ħarġu rebbieħa bl-iskor ta’ 2-0.
Iżda wara li l-FIFA nvestigat dan il-każ, iddeċidiet li kollox kien normali dwar Castillo.
L-Ekwador se jilagħbu fi Grupp A flimkien mas-Senegal, l-Olanda u t-team ospitu l-Qatar.