Fluminense saru l-ewwel finalisti tat-Tazza tad-Dinja tal-Clubs għal din is-sena meta fis-semi-finali, li ntlagħbet f’King Abdullah Sports City, għelbu lil Al Ahly tal-Eġittu bl-iskor ta’ 2-0.
Iż-żewġ goals waslu fit-tieni taqsima minn penalty ta’ Jhon Arias (71) u minn John Kennedy fil-ħin miżjud.
Ir-rebbieħa tat-Treble, Manchester City, li rebħu l-ewwel trofew taċ-Champions League f’Ġunju, it-Tlieta se jiffaċċjaw lit-team Ġappuniż, Urawa Red Diamonds, fl-Arabja Sawdija.