Wednesday, April 8, 2026

Tazza tad-Dinja tal-Waterpolo, Diviżjoni 2 – Malta tibda l-impenji b’telfa kontra Awstralja

Aqra wkoll

Malta bdiet l-impenji tagħha fit-Tazza tad-Dinja tal-Waterpolo, Diviżjoni 2, li qiegħda ssir proprju f’pajjiżna b’telfa ta’ 15-12 kontra l-Awstralja.

L-aqwa skorers għall-Maltin kienu l-captain Stevie Camilleri u Ivan nagaev li rreġistraw hat-trick personali, bil-goals l-oħra għal pajjiżna jaslu minn doppjetta personali ta’ Jeremy Abela u Sam Engerer, u goal kull wieħed għal Elijah Scehmbri u Jake Cachia.

Malta terġa’ tkun impenjata f’żewġ logħbiet oħra kontra l-Kazakstan u r-Rumanija rispettivament.

Dan l-avveniment qed isir grazzi għall-għajnuna finanzjarja ta’ SportMalta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport