Friday, November 22, 2024

Tbassir ta’ riħ qawwi fi tmiem il-ġimgħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Diffiċli f’dan l-istadju issr previżjoni u jkollna previżjoni korretta ta’ meta se jinbidel dan it-temp u jkolna l-ewwel ġranet bix-xita. Li huwa żgur huwa l-fatt li bejn l-20 u t-22 ta’ Ottubru se jkollna riħ qawwi. F’Settembru li għadda ħafna ħasbu li kien ser ikollna bidla fit-temp kmieni. Dan kien dovut peress li pressjoni baxxa estendiet minn fuq il-Greċja u baqgħet riesqa lejn il-Mediterran.” Iddikjara dan ma’ talk.mt il-meterjologu Gordon Grech meta mitlub jikkummenta dwar il-klima ta’ pajjiżna f’dan il-perjodu kkumparat ma’ snin oħrajn, kemm fejn tidħol temperatura kif ukoll ammont ta’ xita mkejla. 

Il-Meterjoloġista Gordon Grech

Grech qalilna li jekk nieħdu s-6 ta’ Settembru fejn kien ifforma ċiklun fil-lvant tal-gżejjer Maltin. Dan iċ-ċiklun kien jidher li ċ-ċentru tiegħu ma kienx se jmiss b’ mod dirett iċ-ċentru tal-Mediterran u kif tidher fil-grafika (numru 1) kienet ingħatat idea ċara fil-5 ta’ Settembru bis-sitwazzjoni li kienet qiegħda tiżviluppa. Pero kien jidher li kienet se tkun waħda mil-aqwa maltempati li żviluppaw fil-Lvant tal-Mediterran fl-aħħar snin.

Grech kien qal li bħala parti mill-impenn tiegħu fil-pubblikazzjoni tal-previżjoni tat-temp kien antiċipa b’mod konkret li dan l-maltemp estrem ma kienx se jmiss iċ-ċentru tal-Mediterran u kien biss xi sħab minnu li kien se jmissna. Kompla biex jgħid li kien konxju li dan il-maltemp kien se jersaq lejn il-Libja b’ mod preokkupanti għax dan kien jidher li qiegħed jintesifika. Ir-raġuni kienet li din l-arja kiesħa li niżlet minn fuq il-Balkani baqgħet sejra għal fuq il-Greċja u malli bdiet dieħa lejn il-Mediterran u l-baħar Ionju, din intesifikat għax sabet arja aktar sħuna u kurrenti xotti. 

“Il-pressjoni għolja li kellna fil-Punent u l-Lbiċ tal-Mediterran kien il-fattur ewlieni għalfejn dan il-maltemp ma baqax dieħel fiċ-ċentru tal-Mediterran. L-antiċiklun Afrikan kellu pressjoni atmosferika ta’ 1025hPa, u dan beda jimbotta l-maltemp milli jkompli javvanza fil-Mediterran. Riħ Grigal it-Tramuntana kompla jgħin dik il-previżjoni li konna tajna u li fil-fatt hekk seħħ. Dan il-maltemp baqa’ nieżel fuq Benghażi l-Libja u għamel erba’ sigħat. Ikkalkulat li niżel 450mm ta’ xita f’24 siegħa. Maltemp li ħalla diversi nies mejta, villaġġi megħrqa u tiġrif ta’ bini u mkaxkar hekk kif waħda mix-xmajjar prinċipali fil-Libja nfaqgħet u għamelt erba’ sigħat. Fuq Malta niżlet biss ammont żgħir ta’ xita (8mm) u b’ Għawdex jieħu l-inqas ammont ta’ xita (4mm) fis-7 ta’ Settembru”, Kompla biex jelabora Grech. 

Qalilna wkoll li dan il-maltemp li kien ifforma fil-Lvant tal-gżejjer Maltin kellu impatt fuq it-temp mit-8 ta’ Settembru ’l hawn. Spjega wkoll li fil-fatt qegħdin nosservaw temp stabbli u nuqqas ta’ instabbilità kemm fil-Mediterran kif ukoll fl-Ewropa. Żied biex jgħid li nistgħu wkoll Nosservaw li bħalissa t-temperaturi baqgħu għoljin meta kkumparat mal-klima mistennija matul ix-xahar t’Ottubru u hawn ukoll nuqqas ta’ xita. 

Mistoqsi x’wassal għal dan, Grech qalilna li dan huwa dovut għax ebda maltemp mil-Lbiċ u Punet tal-gżejjer Maltin ma qiegħed jinħoloq. Huwa qal li fil-fatt fuq Tripli u Tuneżija ma nħolqot ebda pressjoni baxxa, li minnha, aħna bħal dan iż-żmien inkunu effettwati minnha. Nuqqas ta’ xita u temperaturi għolja għal dan il-perjodu jinħass kemm fuq Malta kif ukoll fuq Sqallija. Grafika 3 tista’ tagħtina stampa aktar ċara li huwa biss fl-aħħar jiem li qegħdin naraw l-ewwel ftit kambjament fuq in-naħa tal-antlantiku fejn bdew resqin kurrenti aktar kiesħa u li juru li dawn it-temperaturi għoja mistennija jibdew niżlin. Fejn tidħol it-temperatura tal-baħar Grech qal li din bħalissa hija ta’26°C u ninsabu f’din is-sitwazzjoni minħabba li l-antiċiklun Afrikan issaħħaħ ħafna f’Settembru biex seta’ jżomm il-maltemp li ħakem fuq il-Libja milli jkollu impatt dirett fuqna. 

Sport