Ħalbiet tax-xita niżlu f’diversi żoni madwar il-pajjiż matul il-lejl bejn is-Sibt u l-Ħadd.
Dan seħħ proprju kif previst mill-meterjoloġisti aktar kmieni din il-ġimgħa li bassru dwar il-possibbiltà ta’ ħalbiet iżolati ta’ xita lejn tmiem il-ġimgħa u fl-ewwel ġranet tal-ġimgħa d-dieħla.
Skont it-tbassir maħruġ mill-uffiċċju meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, mil-lum sat-Tlieta mistennijin ikollna iżjed ħalbiet tax-xita, bit-temp jerġa’ jkun ftit imsaħħab bejn l-Erbgħa u l-Ħamis, sakemm il-Ġimgħa jerġa’ magħna temp iżjed xemxi.