Il-club tad-darts ta’ Fgura laqa’ fi ħdanu lill-player professjonali Chris Dobey hekk kif organizza tournament ta’ ħbiberija bejn Fgura u selezzjoni Ingliża b’risq Puttinu Cares.
Din l-attivitá kienet sponsorjata mill-Membru Parlamentari Ewropew, Alex Agius Saliba, u preżenti kien hemm ukoll il-president tal-Malta Darts Association, Roderick Zammit.
Wara sensiela ta’ logħob li sar, is-selezzjoni Ingliża rebħu lil Fgura 10-5.
Sadanittant is-somma miġbura għal din l-attivitá kienet ta’ €1700.