Saturday, October 26, 2024

Telfa għal Sliema Wanderers li tkompli tressaqhom lejn ir-relegazzjoni

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Hamrun Spartans …….3

Sliema Wanderers ……1

Hamrun Spartans għelbu lil Sliema Wanderers bl-iskor ta’ 3-1 biex filwaqt li huma żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jtemmu mal-ewwel erbgħa, il-Wanderers resqu aktar lejn ix-xifer tar-relegazzjoni hekk kif issa jidher li ma hemm l-ebda tama biex iżommu posthom fl-ogħla diviżjoni għat-tieni darba fl-istorja tal-club.

Hamrun għamlu l-inten­zjonijiet tagħhom ċari u wara biss 39 sekondi fetħu l-iskor permezz ta’ xutt mill-viċin ta’ JOSEPH MBONG.

Fit-12-il minuta l-Ispartans reġgħu heddew meta minn azzjoni ta’ corner, Franklin Sasere kellu d-daqqa  ta’ ras tiegħu mill-viċin tiġi mdawra f’corner mill-goalkeeper David Cassar.

L-Ispartans baqgħu jiddominaw u ħames minuti wara huma rduppjaw meta minn pożizzjoni ideali FAISSAL EL BAKHTAOUI xeħet il-ballun fir-rokna tax-xibka.

Fid-29 minuta, il-goalkeeper Slimiż reġa’ kien pro­videnzjali meta salva t-tenattiv ta’ Franklin Sasere minn pożizzjoni angolata. 

Fit-33 minuta, Mbong xeħet cross-shot insidjuż bid-difensur Taljan tal-Wanderers, Raffaele Schiavo, kien għoddu kkommetta auto-goal meta l-ballun ħabat miegħu, għadda jħakkek mal-wieqfa u ntemm f’corner.

Huma komplew jippressaw u fil-45 minuta Sasere  avvanza tajjeb fil-kaxxa iżda x-xutt tiegħu ġie salvat minn Myles Beerman minn fuq il-linja fatali u spiċċa f’corner.

Fit-tieni taqsima, Sliema ħarġu aktar avventurużi u fil-55 minuta naqqsu l-marġni tal-iskor meta JEAN CARLOS CLOTH GONCALVES ikkonkluda mill-assist ta’ Jake Engerer.

Madankollu, fit-62 minuta, l-Ispartans reġgħu fetħu vantaġġ ta’ żewġ goals meta Mark Scerri waqqa’ lil Mbong fil-kaxxa biex mill-11-il metru FRANKLIN SASERE  xeħet il-ballun fix- xibka b’xutt ċentrali.

Fit-72 minuta Hamrun kellhom f’saqajhom ir-raba’ goal meta Mbong ġie  wiċċ imb’wiċċ ma’ David Cassar li salva t-tentattiv tiegħu.

HAMRUN S.: 1-Henry Bonello, 4-Darko Gojkovic, 7-Joseph Essien Mbong, 12-Arthur Oyama, 15-Steve Borg, 17-Franklin Sasere (8-Christian Mercieca 87), 20-Matteo Fedele, 28-Juan Carlos Corbalan (10-Jorge Ailton Soares 81), 29-Predrag Djordjevic (30-Karl Micallef 87), 91-Emerson Marcelina (23-Luke Gambin 70), 92-Faissal El Bakhtaoui   – Coach: Branko Nisevic

SLIEMA W.: 24-David Cassar, 4-Raffaele Schiavi, 6-Gabriel Aqulina, 7-John Mintoff (9-Omar Elouni 84), 8-Mark Scerri, 19-Jake Engerer (11-Ruslan Kisil 84), 21-Danny Holla (18-Edmond Agius 60), 23-Matteo Piciollo (99-Valmir Berisha 70), 61-Myles Beerman, 72-Jean Carlos Cloth Goncalves, 91-Martin Davis (25-Yuki Uchida 70)   – Coach: Noel Turner

REFEREE: Malcolm Spiteri

ASS. REFEREES: James Muscat, Vasil Vasilev

RABA’ UFF: Ezekiel Barbara

SKORERS: J. E. Mbong 1, F. El Bakhtaoui 18, F. Sasere 62 pen (H), J. C. Cloth Goncalves 55 (S)

AMMONITI: M. Scerri, D. Cassar, J. C. Cloth Goncalves (S)

Sport