Kien għall-ħabta tat-8.30pm tal-bieraħ filgħaxija meta l-gabbana li hemm fi Pjazza Fra Diegu fil-Ħamrun spiċċat ħuġġieġa nar.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/02/gabbana-1-1024x577.jpg)
It-tifel tas-sid tal-gabbana tal-Ħamrun f’kumment li ta lill-midja qal li dak li ġara hu telfa kbira għall-familja kollha b’mod speċjali għal missieru li għalih kienet qisha t-tarbija tiegħu.
Hu sostna li minħabba li l-ħaddiema tagħhom huma daqslikieku parti mill-familja, hija aħbar tajba li ħadd ma weġġa’ meta l-konsegwenzi setgħu kienu ħafna agħar.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/02/gabbana-4-1024x595.jpg)
“Telfa kbira għalina, imma se nerġgħu lura b’saħħitna aktar minn qatt qabel,” temm jgħid iben is-sid tal-gabbana.
![](https://talk.mt/wp-content/uploads/2023/02/gabbana-3-1024x576.jpg)
Dalgħodu dehru diversi persuni fuq il-post speċjalment klijenti li ma ridux jemmnu dak li kienu qed jaraw hekk kif il-gabbana nqerdet kważi għal kollox.