Friday, April 26, 2024

Chelsea jagħmlu wegħda ma’ Leao li jħallsulu d-dejn ma’ Sporting Lisbon

Aqra wkoll

Rapporti fl-Italja qed isostnu li Chelsea għamlu wegħda mal-attakkant internazzjonali Portugiż ta’ Milan, Rafael Leao, li jekk jingħaqad magħhom fis-sajf li ġej, iħallsulu d-dejn ta’ €18-il miljun li għandu ma’ Sporting Lisbon.

Il-kuntratt attwali tiegħu mar-Rossoneri jintemm f’Ġunju 2024, fejn ġie ordnat iħallas lil Sporting madwar €18-il miljun wara li temm unilateralment il-kuntratt tiegħu mal-club f’Awwissu 2018 wara li waqt sessjoni ta’ taħriġ, il-players ġew attakkatti mill-partiarju ultras tal-istess Sporting. 

Il-kwistjoni tad-dejn ta’ Leao ma’ Sporting mhix sigrieta u jingħad li hija parti importanti min-negozjati tat-tiġdid tal-kuntratt ma’ Milan.

Iżda Chelsea taw garanziji speċifiċi lil Leao dwar id-dejn tiegħu ma’ Sporting, u wiegħdu li jħallsulu l-multa ta’ €18-il miljun.

Sport