Sunday, December 29, 2024

Temp imħawwad fl-Ewropa … livelli rekord u maltempati qawwija

Aqra wkoll

Filwaqt li bosta pajjiżi Ewropej, l-iktar dawk tan-nofsinhar, qed isofru minn mewġa severa ta’ sħana b’temperaturi jogħlew minn jum għal ieħor anki sa livelli rekord, inħawi oħra tal-Kontinent qed iħabbtu wiċċhom ma’ maltempati qawwija b’xita kontinwa li f’xi pajjiżi ikkawzat saħansitra għarar b’toroq mgħarrqin bl-ilma u siġar maqlugħin minn posthom.

L-iktar li huma milqutin b’dawn il-maltempati huma l-pajjiżi tal-Balkani inklużi l-Kroazja, il-Bosnja, is-Serbja u s-Sloveja. Fil-fatt sitt persuni, erba minnhom fil-Kroazja, wieħed fil-Bosnja u ieħor fis-Slovenja diġa ġew dikjarati li mietu b’effett tal-maltemp li għamel f’dawn l-aħħar jumejn.

Fil-kapitali tal-Kroazja, Zagreb żewġ irġiel ta’ mezz’eta mietu wara li ntlaqtu minn sigra li nqagħlet bil-maltemp filwaqt li miet ukoll membru minn skwadra tat-tifi tan-nar waqt li kien qed jgħin fit-tneħħija ta’ siġar li tqaċċtu bir-riħ.

Il-meterjoloġisti stqarrew li l-maltemp qawwi li ħakem ir-reġjun tal-Balkani huwa kaġun ta’ arja sħuna u temp xott. L-awtoritajiet f’dawn il-pajjiżi komplew iwissu li possibilment il-maltemp mistenni jkompli għal ftit jiem oħra qabel ma’ temp jerġa jibda jisħon fir-reġjun.

Sadanittant, għadd ta’ pumpiera mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea qed jintbagħtu l-Greċja biex jgħinu fit-tifi tan-nirien qawwija li bħalissa qed jaħkmu fil-Greċja.

Iżrael ukoll wiegħed li se jibgħat żewġ ajruplani tat-tifi tan-nar biex jingħaqdu ma ajrplani oħra mill-Italja u Franza li diġa qed joperaw bie jitfgħu n-nirien f’Ateni.

Ekonomija

Sport