Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kellhom jintervjenu fil-limiti tar-Rabat ftit ‘l isfel mit-Telgħa tas-Saqqajja wara nirien li żviluppaw f’għelieqi fiż-żona.

Fil-post issejħu wkoll uffiċjali tal-Pulizija minħabba xi residenzi li hemm biswit l-għelieqi iżda jidher li l-pumpiera qed jirnexxilhom jikkontrollaw l-istess nirien.

Intant filwaqt li l-awtoritajiet komplew jappellaw għal prudenza minħabba n-nixfa qawwija li bl-inqas irresponsabbilità tista’ tikkawża nirien, illum t-temperatura kompliet tagħmel tagħha fejn f’uħud mill-postijiet kienet timmarka aktar minn 40 grad.

Aktar informazzjoni kif taslilna…