Thursday, April 18, 2024

ARA: Ħidma biex titneħħa siġra li ċediet għal nofs it-triq f’Ħ’Attard

Aqra wkoll

Uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu mitlubin jintervjenu fi Triq in-Nutar Zarb f’Ħ’Attard wara li aktar kmieni ċediet siġra għal nofs it-triq.

Jidher li fortunatament ħadd ma ndarab f’dan l-inċident u li fil-ħin li fih tmejlet is-siġra, ma kinux għaddejjin vetturi.

Fil-post issejħu wkoll uffiċjali minn Transport Malta biex jidderiġu t-traffiku minħabba li waħda mill-karreġġjati kellha tingħalaq sakemm isir ix-xogħol.

Ekonomija

Sport