Is-suċċess tat-tennista Spanjol Carlos Alcaraz fuq Daniil Medvedev 6-3, 6-2 fil-finali tat-tournament Indian Wells tatu ċ-ċans jaqbeż fl-ewwel post tar-rankings tal-ATP wara li Novak Djokovic ma setax jieħu sehem fih minħabba li ma kienx imlaqqam bit-tilqima kontra l-Covid-19.
Djokovic mistenni jerġa’ jidħol fl-ewwel pożizzjoni fil-jiem li ġejjin jekk jirnexxielu jikkonferma t-titlu li rebaħ fl-Open ta’ Miami. Minkejja kollox, hu jrid joqgħod attent minn Alcaraz li lest li jġib iktar punti fir-rankings sabiex iżomm din il-pożizzjoni.