Wednesday, April 24, 2024

Napoli qed jivvalutaw lil Victor Osimhen għal €150 miljun

Aqra wkoll

Napoli jinsabu determinati li jżommu lill-attakkant internazzjonali Niġerjan, Victor Osimhen, wara s-suċċess kbir tiegħu, u fit-tentattiv li jnaffru l-interess minn clubs madwar l-Ewropa, qed jivvalutawh għal €150 miljun. 

Is-sajf li għadda, Napoli tilfu numru kbir mill-aktar players importanti tagħhom, b’Kalidou Koulibaly, Fabian Ruiz, Lorenzo Insigne u Dries Mertens kollha fost dawk li telqu.

Insigne u Mertens jinsabu fit-tielet u fir-raba’ postijiet fil-lista tal-aktar dehriet tal-club li qatt saru u t-tieni u l-ewwel fil-lista tal-ogħla goals li qatt saru.

Madankollu, kontra kull mistenni, il-Partenopei qed jiddominaw ix-xena Taljana kif ukoll jinsabu fil-kwarti-finali tal-UEFA Champions League  … biż-żewġ protagonisti jkunu Osimhen u l-midfielder minn Georgia, Khvicha Kvaratskhelia.

Dak is-suċċess inevitabbilment wassal biex l-aqwa players tagħhom ikunu marbuta ma’ movimenti potenzjali tas-sajf, b’Osimhen ikun fuq nett ta’ dik il-lista.

Madankollu Napoli qed jagħmluha ċara li biex jibdew it-taħdidiet għat-trasferiment ta’ dan il-player, dak il-club interessat irid jieħu miegħu is-somma ta’ €150 miljun … u mhux sold inqas!!

Sport